240 każ ġdid ta' Covid-19 biex il-każi attivi jaqbżu l-2,500

240 każ ġdid ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa ...

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 240 każ ġdid ta' Covid-19, mill-ġdid fost l-ogħla ammonti li kellna f'każi minn mindu faqqgħet il-pandemija f'pajjiżna. Dawn il-każi rriżultaw minn total ta' 3,354 swab test. 

Dan ifisser illi t-total ta' persuni attivi bil-Covid-19 issa huma ta' 2,519, b'mewt oħra tiġi reġistrata fl-aħħar 24 siegħa għal total ta' 234. 

Intant fl-istess perjodu ta' 24 siegħa fiequ 80 persuna. 

Minn dawn il-każi 42 huma kuntatti ma' membri tal-familja li kienu pożittivi, filwaqt li 11-il każ kienu ta' kuntatti ma' persuni fuq il-post tax-xogħol u 11-il każ minn laqgħat soċjali.

More in Politika