It-tielet anzjana fi ftit sigħat tmut hekk kif kellha l-Covid-19

Tmut anzjana oħra li kienet pożittiva għall-Covid-19, it-tielet vittma fi ftit sigħat

Wara li aktar kmieni llum tħabbar illi kienu mietu żewġ anzjani li kellhom il-Covid-19, illejla l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar it-tielet mewta ta' anzjana oħra - din id-darba ta' 94 sena.

L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 illum stess, 25 ta’ Settembru, bħala parti minn testijiet ta’ rutina li qed isiru fid-djar tal-anzjani, għalkemm irid jingħad li f’żewġ testijiet preċedenti, fid-9 u fl-14 ta’ Settembru, kienu rriżultaw fin-negattiv.

Hija mietet illum.

Din hija l-10 persuna anzjana li mietet filwaqt li kellha l-Covid-19 minn nhar il-Ħadd li għadda biex b'kollox telgħu għal 30 dawk li kellhom il-virus u mietu minn Marzu. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

More in Politika