Aktar minn 110,000 passiġġier ġew affettwati mid-dewmien
Żewġ drones staġnaw wieħed mill-aktar ajruporti importanti fir-Renju Unit, hekk kif dehru jtiru fuq ir-runway tal-istess ajruport.
Ir-runway kellha tingħalaq mill-bieraħ filgħaxija, b’aktar minn 110,000 passiġġier u 760 titjira affettwati.
Il-Pulizija għadhom qed jippruvaw ifittxu lil min kien qed jopera dawn iż-żewġ drones.
Skont l-awtoritajiet, il-każ mhuwiex wieħed terroristiku iżda seħħ apposta biex jistaġna l-ajruport.