Kunsilli lokali jieħdu x-xhur biex jippubblikaw il-minuti fuq l-internet

Erbgħa ilhom kważi sena ma jtellgħu minuti tal-laqgħat tagħhom fuq l-internet

Il-minuti tal-Kunsilli Lokali għandhom jitpoġġew fis-sit elettroniku tagħhom fi żmien jumejn xogħol minn meta jiġu approvati
Il-minuti tal-Kunsilli Lokali għandhom jitpoġġew fis-sit elettroniku tagħhom fi żmien jumejn xogħol minn meta jiġu approvati

Ftit inqas minn 20 Kunsill Lokali ilhom xhur ma jtellgħu minuti tal-laqgħat tagħhom fuq l-internet. Dan minkejja li l-Kunsilli Lokali huma mitluba jagħmlu dan biex tiġi żgurata t-trasparenza u biex ir-resident ikun jista’ jsegwi x’inhu għaddej fil-kunsill rispettiv tiegħu.Skont informazzjoni li din il-gazzetta ġabret sat-3 ta’ Jannar, il-kunsilli tal-Imġarr, Raħal Ġdid, il-Qala u Ta’ Xbiex saħansitra ilhom kważi sena ma jtellgħu minuti tal-laqgħat tagħhom fuq is-sit elettroniku fi ħdan id-dipartiment tal-gvern lokali.

ILLUM hi infurmata li l-kunsilli tal-Gżira u tas-Sannat ilhom aktar minn seba’ xhur ma jtellgħu l-minuti tal-laqgħat, jiġifieri minn Mejju 2013. Isegwu l-kunsilli ta’ San Pawl il-Baħar u x-Xewkija, bl-aħħar minuti ppubblikati online ikunu t’Awwissu 2013.

Interessanti l-fatt li ma sibna l-ebda rekord online ta’ minuti li ttieħdu matul l-2013 tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara. L-aħħar minuti reġistrati fuq l-internet kienu ta’ Diċembru 2012.

Kienet l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista li wara proċess ta’ konsultazzjoni, f’April tal-2009 kienet preżentat aktar minn 120 proposta biex iġeddu u jsaħħu l-operat tal-kunsilli.

Id-dokument, bl-isem ‘Biex il-Kunsill jagħtik l-aqwa servizz’ jgħid li l-minuti għandhom jitpoġġew fis-sit elettroniku tal-Kunsill “fi żmien mhux aktar minn jumejn ta’ xogħol minn meta jiġu approvati.”

Il-maġġoranza tal-kunsilli kienu aġġornati bil-minuti Floriana, Mosta u Għargħur) kellhom imtellgħin il-minuti ta’ Diċembru.ta’ Novembru. Saħansitra erba’ kunsilli (Bormla, Floriana, Mosta u Għargħur) kellhom imtellgħin il-minuti ta’ Diċembru.

Iżda disa’ kunsilli oħra ilhom ma jaġġornaw il-minuti minn Settembru. Dawn jinkludu l-kunsilli tas-Siġġiewi, Valletta, Luqa, Safi, Żurrieq, Marsaxlokk, Mtarfa, San Ġiljan, u tal-Pietà.

Fl-aħħar snin, il-Partit Laburista ddikjara ruħu favur ma’ aktar servizzi online tal-kunsill u ħareġ ukoll bi proposti simili, fosthom il-wegħda li l-laqgħat ikunu mxandra direttament fuq l-internet, xi ħaġa li diġà bdiet titħaddem minn uħud mill-kunsilli.

More in Politika