Farsons tniedi Skol Strong, lager b’kontenut alkoħoliku ta’ 6.5%

Simonds Farsons Cisk plc nediet Skol Strong, lager ġdid b’6.5% ABV li jespandi l-marka Skol b’togħma aktar qawwija u bilanċjata, f’rispons għat-tendenzi li qed jevolvu fis-suq tal-birra.

Skol Strong
Skol Strong

Simonds Farsons Cisk plc, il-birrerija ta’ portafoll wiesa’ ta’ birer lokali u internazzjonali li huma rebbieħa ta’ diversi premjijiet, ħabbret it-tnedija ta’ Skol Strong, lager ġdida b’volum alkoħoliku (ABV) ta’ 6.5%.

Skol Strong hi l-aħħar prodott tal-marka Skol u toffri profil b’aktar konsistenza mill-birra klassika Skol. Il-kontenut ogħla ta’ alkoħol isaħħaħ l-aroma u joħroġ aktar it-togħmiet sottili ta’ xgħir ħelu, għasel u frott. Il-palat tagħha hu aktar distintiv, b’taħlita bilanċjata ta’ ħlewwa u mrar tax-xgħir.

“Matul is-snin, Skol kibret f’marka b’saħħitha b’bażi ta’ konsumaturi leali u varjati, u hi apprezzata għall-kwalità u għall-fatt li tappella bħala birra ta’ kuljum. Din il-varjetà b’ABV ogħla tibni fuq il-valur qawwi tal-marka Skol, u hi r-riżultat tax-xewqa ġdida għal birer b’livell ogħla ta’ alkoħol li nnutajna fid-demografija tas-suq,” qal is-Sur Karl Bondin, Kap tal-Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc.

Skol u Skol Strong huma prodotti, irreklamati u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Il-birra Skol tinsab f’bottijiet u fliexken ta’ 50ċl, filwaqt li l-birra Skol Strong tiġi f’bottijet ta’ 50ċl.

More in Kummer?jali