Carlo Gavazzi Limited u l-unjonijiet jilħqu ftehim rigward il-kumpens għall-ħaddiema

Carlo Gavazzi Limited, il-General Workers' Union u Unjoni Ħaddiema Magħqudin jilħqu ftehim "ġust u sostanzzjali" għall-ħaddiema waqt li jipprovdi lil kumpanija l-istabbilta' li għandha bżonn

Carlo Gavazzi Limited, il-General Workers' Union u Unjoni Ħaddiema Magħqudin ħabbru l-Ħamis filgħodu li laħqu ftehim rigward il-kumpens għall-ħaddiema li tilfu xogħolhom wara li l-kumpanija għalqet il-fabrika tagħha f'Bulebel f'Awwissu li għadda.

Fi stqarrija li ppubblikaw t-tliet entitajiet, huma qalu li dan il-ftehiem intlaħħaq wara perjodu ta' negozjati intensivi u kostruttivi. Carlo Gavazzi Limited, il-General Workers' Union u Unjoni Ħaddiema Magħqudin jilħqu ftehiem "ġust u sostanzzjali" għall-ħaddiema waqt li jipprovdi lil kumpanija l-istabbilta' li għandha bżonn.

Carlo Gavazzi Limited ġiet stabbilita f'Malta fit-80ijiet u kienet saret pillastru tas-settur tal-manifattura, li kien prominenti għall-ekonomija Maltija ta' dak iż-żmien. Il-Kap Eżekuttiv tal-Carlo Gavazzi Group Jean-Marc Théolier qal "Id-deċiżjoni li nagħlqu l-impjant tagħna f’Malta wara tant snin ta’ suċċess kienet waħda diffiċli ħafna. Il-prijorità tagħna mill-bidu kienet li nimmaniġġjaw din it-tranżizzjoni bl-akbar rispett lejn l-impjegati ddedikati tagħna. Aħna sodisfatti li, permezz ta’ djalogu soċjali professjonali mal-GWU u l-UHM, stabbilixxejna qafas ġust li jonora l-wirt tat-tim tagħna. Nirringrazzjawhom għall-kontribut kbir tagħhom lil Carlo Gavazzi matul is-snin."

L-UĦM qalet li din kienet ħidma kollettiva sabiex jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema kollha u l-familji tagħhom. Il-GWU qalet li wara l-perjodu ta' inċertezza li ġabet magħha din il-bidla kif ukoll negozjati iebsa imma ġusti, issa ntlaħħaq qbil li jirrikonoxxi s-snin ta' lejalta' li l-membri tagħhom wrew lejn din il-kumpanija.

 

More in Kummer?jali