Il-Kamra tal-Kummerċ u RSM Malta jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sponsorship tad-Deheb

Dan it-tiġdid jimmarka d-disa’ sena konsekuttiva ta’ kollaborazzjoni, u jikkonferma impenn konġunt biex jiġu promossi t-talenti, l-iżvilupp tal-ħaddiema, u l-‘policy advocacy’ fl-ekosistema tan-negozju f’Malta.

 

Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ta’ Malta ħabbret it-tiġdid tal-ftehim ta’ Sponsorship tad-Deheb ma’ RSM Malta. 

Dan it-tiġdid jimmarka d-disa’ sena konsekuttiva ta’ kollaborazzjoni, u jikkonferma impenn konġunt biex jiġu promossi t-talenti, l-iżvilupp tal-ħaddiema, u l-‘policy advocacy’ fl-ekosistema tan-negozju f’Malta.

Mill-bidu tas-sħubija fl-2016, RSM Malta appoġġjat b’mod kostanti l-isforzi tal-Kamra biex tmexxi d-diskors nazzjonali fuq il-kapital uman, il-produttività, ir-relazzjonijiet industrijali, u l-istrateġiji tax-xogħol. 

Il-ftehim jenfasizza d-dedikazzjoni taż-żewġ entitajiet biex jippromwovu l-potenzjal ekonomiku ta’ Malta permezz ta’ inizjattivi allinjati ma’ politika strateġika u involviment fil-komunità.

“Għall-Kamra, il-kollaborazzjoni ġdida tagħna ma’ RSM Malta tfisser aktar minn sempliċement sponsorizzazzjoni kontinwa – hija tissolidifika missjoni reċiproka biex inqawwu l-komunità tan-negozju tagħna permezz ta’ għarfien espert, valuri komuni u inizjattivi innovattivi,” qal William Spiteri Bailey, President tal-Kamra. “Flimkien, se nkomplu nsaħħu l-influwenza tagħna fl-iżvilupp ta’ politiki dwar il-futur tal-ħaddiema u t-talenti f’Malta.” 

“RSM Malta tinsab kbura li ġeddet il-ftehim ta’ sponsorizzazzjoni tagħha mal-Kamra għal disa’ sena konsekuttiva. Din il-partnership kontinwa tirrifletti l-għaqda soda fil-valuri u l-għanijiet bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, speċjalment fl-promozzjoni tal-eċċellenza, l-innovazzjoni, u prattiċi tan-negozju sostenibbli,” qalet Karen Spiteri Bailey, Managing Partner ta’ RSM Malta.

“Il-ftehim imġedded mhux biss isaħħaħ l-impenn tagħna biex nappoġġjaw il-komunità tan-negozju lokali, iżda jirrappreżenta wkoll kollaborazzjoni strateġika mmirata lejn tkabbir ekonomiku u governanza tajba f’Malta.”

Il-ftehim ġie ffirmat minn William Spiteri Bailey, Mark Bajada u Dr Marthese Portelli, rispettivament President, Viċi President u CEO tal-Kamra, u Karen Spiteri Bailey, Direttur Maniġerjali ta’ RSM Malta.

 

More in Kummer?jali