VentureMax tiffinanzja Skolarship fl-iGaming

L-iskolarship ta’ VentureMax hija parti mill-isforzi kontinwi ta’ CSR

Persuni li jixtiequ jidħlu fl-industrija tal-iGaming issa jistgħu japplikaw għal skolarship offruta minn VentureMax li tista’ tbiddel il-ħajja.

Il-kumpanija ta’ investiment ibbażata f’Tas-Sliema qed tiffinanzja kors sħiħ ta’ edukazzjoni ta’ “iGaming Foundations”, li se jkun imwassal mill-ICE Campus, wieħed mill-istituti edukattivi ewlenin f’Malta.

Din l-iskolarship se toffri appoġġ essenzjali lil dawk f’Malta li jixtiequ jidħlu fl-industrija tal-iGaming iżda li jonqoshom il-ħiliet jew l-għarfien meħtieġ.

Il-kors huwa introduzzjoni għall-iGaming u jkopri temi bħal l-ekosistema tal-industrija, prodotti bħall-logħob u sportsbooks, prevenzjoni tal-frodi, ħasil tal-flus, u xogħol fl-iGaming, fost affarijiet oħra.

Il-kors se jkun imwassal f’erba’ sessjonijiet diretti online ta’ tliet sigħat kull waħda. L-applikanti għat-30 post disponibbli jkollhom jissottomettu filmat qasir fejn jispjegaw għaliex iridu jagħmlu dan il-kors u għaliex għandhom jintagħżlu għall-iskolarship.

Dan il-kors huwa akkreditat bħala EQF/MQF Livell 5. L-iskolarship se titnieda fl-ħarifa tal-2025 b’kampanja ta’ pubbliċità u se tkun miftuħa għal kull min jgħix f’Malta u għandu 18-il sena jew aktar.

Justin Anastasi, CEO ta’ VentureMax, qal li jixtieq jappoġġja nies lokali li għandhom ambizzjoni, determinazzjoni u xewqa li jiksbu suċċess fid-dinja tal-iGaming.

“Għalhekk ridt li VentureMax tisponsorja din l-iskolarship, għax nemmen li l-edukazzjoni hija l-aqwa mod biex ittejjeb il-karriera tiegħek, il-viżjoni tiegħek tad-dinja u fl-aħħar mill-aħħar, ħajtek,” qal.

“Inħossni kuntent ħafna li qed ningħaqad ma’ ICE Campus, li se jwasslu kors ta’ l-ewwel klassi li għandu l-potenzjal li joħloq stejjer ta’ suċċess reali fost il-ħaddiema Maltin.”

Matthew Sammut, direttur u ko-fundatur ta’ ICE Campus, qal li l-edukazzjoni hija l-iktar mutur qawwi għat-trasformazzjoni industrijali.

“Il-partenerjat ma’ VentureMax biex noffru skolarships sħaħ għall-kors tagħna ta’ iGaming Foundations huwa investiment strateġiku fit-talent tal-futur ta’ dan is-settur li qed jikber b’pass mgħaġġel,” qal Sammut.

“Inħossuna kburin li naħdmu ma’ organizzazzjonijiet b’viżjoni bħall-VentureMax, li huma impenjati li joħolqu impatt reali u fit-tul billi jiftħu bibien għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ professjonisti tal-iGaming.”

L-iskolarship ta’ VentureMax hija parti mill-isforzi kontinwi ta’ CSR tagħha, u li diġà raw donazzjonijiet lil kawżi bbażati f’Malta bħal Dar Merħba Bik, dar għan-nisa; id-dar tal-kura ta’ Little Sisters of the Poor; il-MSPCA, kenn għall-annimali; u l-karità għan-nisa FIDEM.

 

Ritratt: Matthew Sammut (xellug), direttur tal-ICE Campus jiffirma l-kuntratt ta’ skolarship ma’ Justin Anastasi, CEO ta’ VentureMax

 

More in Kummer?jali