Kompetizzjoni għall-Għaxar Anniversarju Tal-‘Malta Baby & Kids Directory’

Din is-sena il-‘Malta Baby & Kids Directory’ jagħlaq 10 snin u ser jiccelebraw billi jingħaqdu ma’ ‘Headstart Technology’ biex iwasslulkom kompetizzjoni sabiħa għat-tfal bit-tema ‘Malta in Minecraft’.

It-tfal bejn il-5 u 12 sena jistgħu jikkrejaw xena Maltija fl-istil ta’ din il-logħba popolari – Minecraft. "Eċitati ħafna biex nesploraw kreattività ta’ kull tip, u din il-kompettizzjoni teħodna f’direzzjoni kompletament differenti," qalet Crysta Darmanin tal-Malta Baby & Kids Directory.

‘Meta nedejna EasyPeasy Coding din is-sena, l-għan taghna kien li nuru kif it-teknologija tista' tgħin it-tfal ikunu kreattivi. Nemmnu li programmi bħal-Minecraft huma mezzi ideali kif jegħdew it-tfal u aktar min sempliciment logħob’ jghid Klaus Conrad ta’ Headstart Technology Ltd.

Minecraft saret fenomenu dinji li jilgħabu u jhobbu miljuni ta’ tfal kif ukoll kbar. Minecraft hija deskritta bħala kaxxa bla limitu virtwali ta’ blokki tal-bini, fejn min jilgħab għandu libertà biex jikkrea li jrid, jekk hu bini jew makkinarju sofistikat.

It-tfal jistgħu jinterpretaw it-tema b’kwalunkwe mod – mudelli, stampi tal-kulur ta’ ‘screenshots’ jew esporti. Jistgħu jirbħu rigali sbieħ: Raspberry Pi kompjuters, Ozobots, kontijiet tal-Minecraft b’xejn, u vowċers għal-korsijiet ta’ EasyPeasy Coding. L-aħjar eżempji ser ikunu stampati min ‘’Thought 3D’ b’ 3D printing. Għal regoli kollha żuru www.maltababyandkids.com u rreġistraw biex tibqgħu aġġornati.

More in Kummer?jali