L-Air Malta jaqalgħu barmilata nġazzata

Giordimaina flimkien mat-tim tal-maniġment u l-impjegati għamlu l-isfida ġewwa l-ajruport quddiem ajruplan tal-Air Malta
Giordimaina flimkien mat-tim tal-maniġment u l-impjegati għamlu l-isfida ġewwa l-ajruport quddiem ajruplan tal-Air Malta

L-ALS ice bucket challenge ntlaqgħet b’suċċess mill-Air Malta wara li ċ-Chairperson Maria Micallef u s-CEO Louis Giordimaina ġew it-tnejn li huma nnominati.

Micallef ġiet innominata mill-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat, filwaqt li Giordimaina ġie nnominat mill-Maniġer Ġenerali tal-Westin Dragonara, Michael Camilleri Kamsky. 

Micallef innominat lil Claire Zammit Xuereb, Group Hospitality Director ta’ AX Hotels, Phyllis Muscat, Kap tat-Task Force Nazzjonali għaċ-CHOGM 2015 fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Tricia Dawn Williams, l-Assistenta Personali tagħha u pjanista. 

Matul il-messaġġ tagħha raddet ħajr lill-impjegati tal-Air Malta talli laqgħu din l-isfida u ħeġġet lil impjegati oħra madwar Malta u Għawdex biex jagħmlu l-istess. In-neputi u n-neputija tagħha Beppe u Mia tefgħulha żewġt ibramel ilma, fir-residenza tal-familja tagħha.

Giordimaina flimkien mat-tim tal-maniġment u l-impjegati għamlu l-isfida ġewwa l-ajruport quddiem ajruplan tal-Air Malta. Huwa nnomina lil Markus Klaushofer, CEO tal-Malta International Airport (MIA), Paul Bugeja, li għadu kif ġie elett bħala CEO tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u s-CEO tal-Lufthansa Technik Malta, Steven Drewes.

L-ALS ice bucket challenge, li bdiet ix-xahar li għadda, saret fenomenu li nxtered malajr ħafna fuq l-internet. Ġibdet aktar minn 1.7 miljun kontributur li ġabru $80 miljun fil-ġlieda kontra din il-marda.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq www.alsa.org.

Għal min jixtieq jara dawn l-isfidi jista’ jidħol fuq Youtube u jara l-ice bucket challenge ta’ Maria Micallef fuq http://youtu.be/hurUNmJ_yUI u ta’ Louis Giordimaina fuq http://youtu.be/S8TgEhmu564.com

More in Kummer?jali