Parti minn triq qrib il-pjazza ta’ Ħal Tarxien iġġarraf waqt xogħlijiet infrastrutturali li għaddejjin fiż-żona.
It-Tnejn filgħodu, residenti sabu toqba kbira fil-post fejn qabel kien hemm bus stop, maġenb il-knisja parrokkjali.
Ritratti u filmati mis-sit juru gaffa li spiċċat parzjalment mgħarrqa fl-ilma tax-xita li kien inġabar taħt it-triq.
Ix-xogħlijiet fiż-żona kienu bdew f’Awwissu tal-2025, iżda din is-sena twaqqfu għal madwar tliet xhur minħabba l-festa tar-raħal.
Skont Infrastructure Malta, dan id-dewmien ifisser li l-proġett mhux se jitlesta sal-ewwel skadenza ppjanata għall-aħħar tal-2026.
Il-Kappillan ta’ Ħal Tarxien, Christopher Ellul, qal li bħalissa għaddej xogħol biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ aktar ħsara lill-knisja.
Infrastructure Malta għadha ma kkummentatx dwar l-inċident.