Lydia Abela tippreżenta donazzjoni ta’ €20,000 lil Puttinu Cares

Fil-Palazz tal-Girgenti, Lydia Abela tippreżenta donazzjoni ta’ €20,000 lil Puttinu Cares minn fondi miġbura fl-avveniment Enchanted Easter u mill-bejgħ tal-figolli minn bintha Giorgia Mae

Ritratt: Id-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
Ritratt: Id-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

Mart il-Prim ministru Lydia Abela, flimkien ma’ bintha Giorgia Mae, ippreżentat donazzjoni ta’ €20,000 lil Puttinu Cares.

Il-fondi nġabru mill-attività Enchanted Easter, kif ukoll mill-bejgħ tal-figolli li sar minn Giorgia Mae.

Abela qalet li d-donazzjoni hija frott il-qlub kbar ta’ tant nies li pparteċipaw fl-inizjattiva, li flimkien jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajjiet tal-familji li verament jeħtieġu appoġġ.

Hija rringrazzjat lil kull min kellu sehem fl-avveniment, kif ukoll lil Rennie u Angele għax-xogħol bla heda tagħhom, id-deduzzjoni, l-imħabba, u s-sens ta’ tama li jqanqlu fil-pazjenti u l-familji tagħhom.

F’isem Puttinu Cares, Rennie u Angele esprimew il-gratitudni tagħhom, filwaqt li enfasizzaw l-apprezzament tagħhom għall-appoġġ kontinwu li jirċievu.

Ikkonkludew li Puttinu Cares se jkompli jkun sors ta’ appoġġ għall-familji u l-pazjenti li jiddependu fuq l-għajnuna tagħhom fi żminijiet diffiċli.

L-inizjattiva Enchanted Easter saret avveniment annwali, li sena wara sena jgħaqqad flimkien familji, tfal, u voluntiera fi spirtu ta’ solidarjetà u ġenerożità.

Għalkemm iġib ferħ lil dawk li jipparteċipaw, l-avveniment jissarraf ukoll f’għajnuna għal organizzazzjoni li tagħmel tant għal tant familji.

More in Kronaka