Dalli kienet qed twieġeb għal mistoqsija tal-gazzetta MaltaToday waqt konferenza tla-aħbarijiet it-Tlieta filgħadu. Il-gazzetta staqsiet jekk il-ftehim il-ġdid, wara li jiskadi l-ftehim għall-provvista tal-gass f’Awwissu, hux se jiġi nnegozjat fuq il-bażi tal-prezzijiet attwali tas-suq. Il-prezzijiet splodew ‘il fuq wara l-gwerra tal-Istati Uniti fl-Iran.
Dalli qalet li, irrispettivament minn meta jsir il-ftehim, il-prezz se jkun marbut mal-prezz taż-żejt Brent u tal-gass naturali. Mill-2026, il-prezz taż-żejt Brent żdied b’madwar 55% u l-prezz tal-gass naturali tela’ b’madwar 45%. Il-ministru għall-Enerġija qalet lil MaltaToday li fil-passat il-gvern diġà kien ġie avżat li x-xiri tal-LNG bir-rati tal-2026 ma jagħmilx sens għat-tul.
Dalli qalet ukoll li l-gvern qed jaħdem biex jilħaq ftehim ta’ provvista fit-tul meta l-prezzijiet jippermettu dan.
Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet li ffukat fuq is-sussidji tal-enerġija, l-ministru għall-finanzi Clyde Caruana għal darboħra emfasizza l-importanza tas-sussidji għall-ekonomija ta’ Malta. Huwa tenna li fejn jidħlu s-sussidji, qegħdin “f’maratona, mhux sprint.” Żied li Malta m’għandhiex kontroll fuq is-sitwazzjoni għax il-ballun qiegħed f’saqajn pajjiżi kbar u forzi li huma barra mill-kontroll ta’ Malta. L-unika ħaġa li hija fil-kontroll ta’ Malta, skont Caruana, hija li l-pajjiż jibqa’ ekonomikament sod biex ikun jiflaħ għal aktar xokkijiet.
Skont Caruana s-sussidji huma l-fattur li jagħmel lill-pajjiż ekonomikament aktar b’saħħtu minn pajjiżi oħra.