Raġel instab mejjet wara li tgħaffeġ mit-trakk tiegħu stess kmieni t-Tlieta filgħodu.
Skont informazzjoni mill-pulizija r-raġel ta’ 40 sena kien qed jaħdem fuq it-trakk tal-ġbir tal-iskart fi Triq il-Kaċċatur f'Ħal Qormi u spiċċa maqbud taħtu.
Il-pulizija ġew infurmati u waslu minnufih fuq il-post flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Ir-raġel, li ġie identifikat li hu Jurgen Cassar, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-pulizija u mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.