Raġel ta’ 60 sena tilef ħajtu wara li ħabat b'mixer tas-siment ma’ arblu tad-dawl.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq tal-Providenza, is-Siġġiewi.
Investigazzjonijiet preliminari jissuġġerixxu li r-raġel, li kien minn Ħaż-Żebbuġ, ħabat ma’ arblu waqt li kien qiegħda isuq.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wasal fuq il-post flimkien ma’ tim mediku, iżda x-xufier kien diġà ċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bl-inċident u nieda inkjesta maġisterjali dwar il-każ.
Sadanittant, l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.