Sewwieq ta’ mutur indarab gravi nhar il-Ħadd wara ħabta ma’ karozza fl-Imsida.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq il-Wied.
Investigazzjonijiet preliminari jissuġġerixxu li seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn San Pawl il-Baħar u l-mutur misjuq minn resident tal-Imsida ta’ 27 sena.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.