Titjira diretta ġdida bejn Malta u Málaga ġiet imħabbra minn KM Malta Airlines, li hija l-aħħar żjieda mal-iskeda tas-Sajf 2026.
Ir-rotta l-ġdida lejn l-ajruport tad-destinazzjoni Mediterranja, Málaga-Costa del Sol, se tkun disponibbli darbtejn fil-ġimgħa nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd.
Málaga tinsab fuq il-Costa Del Sol ta’ Spanja, li toffri lill-vjaġġaturi taħlita ta’ kultura Andalusija u attivitajiet relatati mal-baħar.
Barra minn hekk, Málaga sservi bħala d-daħla ewlenija għad-destinazzjonijiet l-aktar popolari tan-nofsinhar ta’ Spanja, bħal Marbella, Nerja, Ronda, u l-irħula tal-Andalusija interna.
It-titjiriet se jibdew joperaw uffiċjalment mill-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2026, bil-biljetti tal-ajru bħalissa disponibbli għall-prenotazzjoni permezz tal-websajt ta’ KM Malta, aġenti tal-ivvjaġġar, u kanali oħra tal-bejgħ.
Il-linja tal-ajru ssuġġeriet lill-klijenti sabiex jesploraw ċ-ċentru storiku tal-belt, iżuru l-mużew dwar ħajjet l-artist ta' fama mondjali Pablo Picasso, jiskopru postijiet familjari bħal Alcazaba u l-Kastell ta’ Gibralfaro, u jgawdu l-għażla vasta tal-ikel tipiku li toffri l-belt.
L-iskeda tas-Sajf 2026 ta’ KM Malta tinkludi firxa usa’ ta’ rotot u frekwenzi madwar destinazzjonijiet ewlenin Ewropej u Mediterranji. Iż-żieda ta’ Málaga li toffri għażla addizzjonali għall-ivvjaġġar għad-divertiment, filwaqt li tappoġġja iżjed influss ta' turiżmu lejn Malta.