FʼOttubru 2025, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali naqas bʼ1.0 fil-mija meta mqabbel maʼ Ottubru 2024. Meta kienet eskluża l-enerġija, l-indiċi niżel bʼ1.2 fil-mija.
Il-produzzjoni tal-manifattura naqset bʼ1.4 fil-mija. L-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-produzzjoni taʼ manifattura oħra (11.7 fil-mija). Wara din, kien hemm tnaqqis fil-prodotti tal-lastku, plastik u prodotti oħra minerali mhux tal-metall (3.6 fil-mija) u fil-prodotti tal-ikel u xorb (2.9 fil-mija).
Min-naħa l-oħra, kienu rreġistrati żidiet fil-produzzjoni taʼ prodotti kimiċi u tal-farmaċewtika (14.8 fil-mija), taʼ prodotti tal-kompjuters, tal-elettronika u tal-vista, u taʼ vetturi bil-mutur (3.7 fil-mija) u tal-injam, prodotti tal-karta u l-istampar (3.6 fil-mija).
Il-Produzzjoni Industrijali
Il-Gruppi Industrijali Ewlenin (MIGs) jagħtu analiżi alternattiva tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi kklassifikati skont kategoriji taʼ użu aħħari. Huma jgħaqqdu flimkien diversi taqsimiet, gruppi u klassijiet tan-NACE.
FʼOttubru 2025, l-akbar tnaqqis fil-produzzjoni kien irreġistrat fl-oġġetti kapitali (8.0 fil-mija). Wara dawn, kien hemm l-oġġetti tal-konsum (0.1 fil-mija).
Għall-kuntrarju taʼ dan, il-produzzjoni tal-oġġetti intermedji u tal-enerġija żdiedet bʼ10.2 fil-mija u bi 3.2 fil-mija, rispettivament .
Dehra aktar ċara tal-iżviluppi ekonomiċi tistaʼ tinkiseb meta l-indiċijiet ikunu aġġustati għall-effetti tal-istaġun. Dawn l-effetti, li jitfaċċaw minn żmien għal żmien, jitneħħew mis-serje tal-indiċi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-paraguni xahar maʼ xahar.
FʼOttubru 2025, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun telaʼ bʼ0.5 fil-mija meta mqabbel maʼ Settembru 2025 u kien taʼ 113.2-il punt (2021=100).