Raġel ta' 26 sena fil-periklu tal-mewt wara inċident f'sit ta' kostruzzjoni

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq Alessandro Curmy, u ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji

Raġel ta' 26 sena qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li waqa' madwar sular f'sit ta' kostruzzjoni fir-Rabat. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq Alessandro Curmy, u r-raġel huwa Sirjan li jgħix f'Bormla. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien ma dawk tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol
għadhom għaddejjin.

More in Kronaka