Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Iż-żagħżugħ kien involut f'inċident tat-traffiku ma' żewġ karozzi 

Sewwieq ta’ mutur ta’ 25 sena sofra ġġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku l-Ħamis fi Sqaq San Anard, fiż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:15 ta’ waranofsinhar. Minn stħarriġ preliminari, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Fiat 500 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena li jgħix Wied il-Għajn, Toyota Tercel misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żejtun, filwaqt li l-vittma kien qiegħed isuq mutur Honda.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka