Mara ta' 30 sena tweġġa' gravi f'inċident f'Ħal Balzan

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Idmejda

Ilbieraħ għall-ħabta tat-7:45 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq Idmejda, Ħal Balzan. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara mil-Litwanja ta' 30 sena u residenti Ħ'Attard, intlaqtet minn Nissan Qashqai li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 38 sena, minn Ħal Balzan. 

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka