Raġel ta' 40 sena fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Furjana

Il-Maġistrat tal-Għassa  Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta

Raġel ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema, għal xi nofsinhar, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Indipendenza, il-Furjana.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Skoda Fabia, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 76 sena residenti l-Gudja.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa  Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejji

More in Kronaka