Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi f'inċident f'Ħal Għaxaq

Il-każ seħħ f’Dawret Ħal Għaxaq

Raġel ta' 32 sena weġġa' gravi f'inċident tat-traffiku li seħħ f'Ħal Għaxaq.

Il-każ seħħ f’Dawret Ħal Għaxaq.

Mill-ewwel informazzjoni rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Keeway City Blade misjuq minn Indjan ta’ 32 sena residenti Ħal Għaxaq u Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Birżebbuġa.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ambulanza ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka