Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-5:15 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li Albaniż ta’ 46 sena u residenti x-Xewkija kien iddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:30 p.m ir-raġel kien qed jaħdem ġewwa sit tal-kostruzzjoni fi Triq Ta’ Gorf, ix-Xagħra u weġġa’ waqt li kien qed jaqta’ xi njam permezz ta’ makkinarju.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn xi nies biex ttieħed l-Isptar Ġenerali u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.