Ċiklist iweġġa' gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Fgura

L-inċident seħħ fi Vjal Kottone

Ċiklist sofra minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ tard filgħaxija.

L-inċident seħħ fi Vjal Kottoner, il-Fgura.

Ir-rota kienet misjuqa minn raġel ta' 41 sena minn Raħal Ġdid. Jidher li karozza misjuqa minn raġel ta' 40 sena mill-Ħamrun ħabtet mar-rota u ċ-ċiklist inqaleb.

Huwa ddaħħal Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka