Imut l-Eżorċista Patri Elija Vella

Huwa kemm-il darba ta intervisti dwar l-esperjenza tiegħu u wera t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda u l-popolarità tal-okkult f'Malta

Fl-aħħar ħin, tħabbret il-mewt ta' Patri Elija Vella OFM Conv, wieħed mill-aktar saċerdoti magħrufa u maħbuba f'Malta.

Patri Elija, li kien iservi fil-parroċċa ta' San Pawl il-Baħar, kien wieħed mill-eżorċisti ewlenin tal-Arċidjoċesi ta' Malta.

Huwa kemm-il darba ta intervisti dwar l-esperjenza tiegħu u wera t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda u l-popolarità tal-okkult f'Malta.

Ħabbru l-mewt tiegħu l-Patrijiet Franġiskani Konventwali li fuq Facebook waqt li raddew ħajr lil Alla għad-don tal-ħajja tiegħu.

 

 

More in Kronaka