Aġġornata | Raġel mejjet fiż-Żejtun; Il-Pulizija tfittex lil min tajru u baqa' sejjer

Il-katavru nstab fi Triq Anton Buttigieg

Raġel ta' 51 sena miż-Żejtun instab mejjet wara li tajjar minn xi ħadd li baqa' sejjer.

Il-katavru nstab ftit qabel nofsinhar fi Triq Anton Buttigieg. 

L-ewwel investigazzjonijiet mill-ewwel urew li r-raġel ittajjar minn xi ħadd li baqa' sejjer.

It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku filwaqt li għaddejja t-tfittxija għal min tajjar lill-vittma.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka