Żewġ pulizija akkużati bl-omiċidju involontarju ta' raġel li miet fiċ-ċella fid-Depot

Il-każ seħħ fl-2020 meta r-raġel kien tah attakk ta’ puplesija

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija llum tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil involontarju ta’ raġel waqt li kien arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Iż-żewġ uffiċjali li għandhom 28 u 35 sena, tressqu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużati bil-qtil involontarju ta’ Richard Tong.

Tong tilef ħajtu fiċ-ċella wara attakk ta’ puplesija fil-lejl tal-24 ta’ Ġunju 2020. Huwa kien ġie arrestat wara li kien twaqqaf mill-Pulizija minħabba li kiser ir-regoli tat-traffiku u fil-karozza kienet instabet il-kannabis.

Wieħed mill-uffiċjali kien ukoll akkużat li xehed falz taħt ġurament quddiem il-Maġistrat li mexxiet l-inkjesta.

Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja.

Iż-żewġ uffiċjali ġew sospiżi minn xogħolhom sakemm jintemm il-każ.

Il-każ se jkompli f’Settembru

More in Kronaka