Jitlef il-kontroll tal-karozza u jidħol f'ħitan ta' residenzi; Żewġ żgħażagħ l-isptar

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa, fi Triq Valletta, il-Mosta

Żewġ żgħażagħ weġġgħu gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ il-Mosta.

Jidher li żagħżugħ ta' 24 sena tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ma' xi ħitan ta' residenzi privata. Miegħu kien hemm żagħżugħ ieħor ta' 24 sena.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa, fi Triq Valletta, il-Mosta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka