Żagħżugħ ta' 24 sena jitlef ħajtu wara li ttajjar f'Raħal Ġdid

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00pm tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Diċembru Tlettax il-Marsa

Żagħżugħ ta' 24 sena tilef ħajtu wara li ttajjar minn Land Rover misjuqa minn raġel ta' 37 sena.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00pm tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Diċembru Tlettax il-Marsa.

Jidher li ż-żagħżugħ Sunadiż kien qed jaqsam meta ttajjar mir-raġel li huwa residenti Raħal Ġdid.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna iżda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka