Aġġornata| Arrestati numru ta' nies b'rabta mal-qtil ta' Mario Farrugia f'Ħal Qormi

Tfittxijiet f'residenza f'Ħ'Attard, fost oħrajn, qabel dalgħodu seħħew arresti b'rabta ma' dan l-omiċidju

Mario Farrugia u l-karozza li kien fiha
Mario Farrugia u l-karozza li kien fiha

Il-Pulizija arrestat raġel u żewġ nisa b’rabta mal-investigazzjoni tal-qtil ta’ Mario Farrugia ta' 62 sena li nstab mejjet fil-karozza tiegħu stess fi stat qawwi ta' dekompożizzjonii f'Ħal Qormi l-ġimgħa l-oħra. Qed ikun irrapportat li l-pulizija għamlu xi tfittxijiet f'residenza f'Ħ'Attard dwar il-każ. 

 

Ir-raġel ta’ 62 sena minn Pembroke nstab mejjet f’bagoll ta’ karozza wara li kien ilu rrapportat nieqes mit-28 ta’ Marzu u jirriżulta li dan inqatel wara li ngħata madwar 40 daqqa ta' sikkina. L-identità tiegħu damet ma kienet ikkonfermata minħabba li Farrugia kienu ilu ġranet sħaħ fil-bagoll tant li beda jrejjaħ, xi ħaġa li qajmet is-suspett ta' persuna li kienet miexja fil-viċinanzi. 

Fost l-akkużati hemm kemm persuni Maltin kif ukoll barranin, li matul il-jum tal-Ħamis se jkunu qed jiġu interrogati mill-Pulizija. 

 

More in Kronaka