Tlieta involuti f'inċident f'Ta' Qali matul il-lejl li għadda

Tnejn isofru ġrieħi gravi u  l-persuna l-oħra ssofri minn ġrieħi ħfief 

Ix-xena tal-inċident f'Ta' Qali
Ix-xena tal-inċident f'Ta' Qali

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11:10 p.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Ta’ Qali.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħ inċident bejn Fiat li kienet qed tiġi misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien u Ford misjuqa minn raġel ta’ 18-il sena residenti San Ġwann.

Fil-karozza mal-mara, kien hemm ukoll mara oħra ta’ 23 sena residenti Raħal Ġdid. It-tliet persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar tard huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn dawk li kienu ġol-Fiat ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-ġuvni sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.  

More in Kronaka