Tarbija fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet żewġ sulari minn gallarija

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00am, fi Triq Santa Venera, l-Imsida

Tarbija ta' sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet madwar żewġ sulari minn gallarija u sofriet xi ġrieħi. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00am, fi Triq Santa Venera, l-Imsida.

It-tifel ittieħded minnufih Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta.

More in Kronaka