Sewwieq ta' mutur jitlef ħajtu llejla f'San Ġiljan

 Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara ...

L-inċident ħalla persuna bla ħajja
L-inċident ħalla persuna bla ħajja

Illum, għal ħabta tal-5:15 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel Serbjan ta’ 53 sena residenti Birkirkara, sofra xi ġrieħi meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur BMW li kien qiegħed isuq u waqa`.

Il-vittma ngħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka