Inċident f'San Ġwann iħalli persuna ta' 60 sena bi ġrieħi gravi

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti Tas-Sliema safa’ milqut minn karozza ta’ tip Toyota Vitz

Illum, għal xid-8:45 a.m l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, San Ġwann.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti Tas-Sliema safa’ milqut minn karozza ta’ tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 29 sena li tgħix San Ġwann. Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka