Ilbieraħ, għal xis-6:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Burma, Pembroke.
Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li mara ta’ 49 sena u residenti Pembroke, sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn vettura Nissan Qashqai, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Pembroke ukoll.
Tim mediku ta l-għajnuna, ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.