Nirien f'żewġ postijiet differenti f'San Ġiljan fosthom fl-uffiċini tal-Eden Cinemas

L-ewwel każ seħħ fi Triq Lapsi u t-tieni każ fi Triq Santu Wistin

 

Il-Protezzjoni Ċivili dalgħodu ssejħu f'San Ġiljan biex jikkontrollaw nirien f'żewġ postijiet differenti.

Fl-ewwel każ, nirien jidher li bdew minn garaxx fi Triq Lapsi. Il-Pulizija qalet mal-ILLUM li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.

It-tieni każ seħħ ftit wara, fl-uffiċini tal-Eden Cinemas, fi Triq Santu Wistin (viċin Paceville u Bay Street).

Dwar dan il-każ id-dettalji għadhom mhux magħrufa għalkemm fuq il-post hemm erba' vetturi tat-tifi tan-nar u d-daħna dehret minn diversi lokalitajiet.

More in Kronaka