Tifel ta' sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn tieqa

Il-każ seħħ dalgħodu fil-Mellieħa

Tifel ta' sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' għoli ta' madwar sular u nofs.

Skont il-Pulizija, il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-10:30am, fi Triq ir-Rattan, il-Mellieħa.

Jidher li t-tifel waqa' minn ġo tieqa.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku iżda ttieħed b'urġenza Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka