Arrestat raġel ta' 35 sena b’rabta ma’ traffikar tad-droga

... wara tfittxxija fir-residenza tiegħu nstabet droga suspettata kokaina, eroina, kannabis u methadone

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat raġel ta’ 35 sena li jgħix il-Marsa b’rabta ma’ traffikar tad-droga u raġel ta’ 21 sena li jgħix il-Kalkara fuq ksur ta’ kundizzjonijiet.

Nhar il-Ħamis filgħaxija, il-Pulizija għamlet rejd fit-Telgħa ta’ Spencer fil-Marsa u arrestat ir-raġel ta’ 35 sena wara li nstab fil-pussess tad-droga lesta għat-traffikar. Wara din is-sejba, il-Pulizija għamlet tfittxija fir-residenza tiegħu fil-Marsa stess u nstabet droga suspettata kokaina, eroina, kannabis u methadone, fost oġġetti oħra relatati mad-droga.

Ir-raġel ta’ 21 sena ġie arrestat fl-istess triq peresli kien qiegħed jikser diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti. Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.  

More in Kronaka