Żewġ żgħażagħ fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur fiż-Żejtun

Il-każ seħħ fi Triq Bir id-Deheb fiż-Żejtun

Żewġ żgħażagħ ta' 25 u 23 sena qed isofru minn ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6:00pm fi Triq Bir id-Deheb fiż-Żejtun.

Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur misjuq miż-żagħżugħ, Taljan li jgħix San Ġwann u vettura li kienet qed tinstaq minn raġel Taljan ta' 27 sena li jgħix Ħal Luqa.

Max-xufier tal-mutur kien hemm it-tfajla ta' 23 sena minn Ħal Għargħur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka