Melita Limited bħalissa qed tesperjenza attakk DDOS minn ċiberkriminali li għandhom l-għan li jieħdu flus mill-ISPs.
Is-Servizzi tal-Internet qed jiġu mfixkla u t-tim ta’ Melita qed jimplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni biex jikkombattu u jsolvu t-theddida hekk kif tevolvi. L-ebda sistema ma ġiet kompromessa.
Ċiberattakki ta’ din in-natura, qed isiru dejjem aktar komuni u Melita tgġid li qed tinvesti sostanzjalment fiċ-ċibersigurtà biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz u tipproteġi l-informazzjoni tal-konsumatur. "L-impatt ta’ attakki ċibernetiċi bħal dawn qed jkunu mitigati grazzi għal dawn il-miżuri estensivi ta' ċibersigurtà," tgħid l-istqarrija tal-kumpanija.
Melita qed tirrapporta t-theddid u l-inċidenti kollha lill-awtoritajiet rilevanti.