Erba' anzjani bil-Covid-19 imutu fl-aħħar 24 siegħa ... 101 ifiequ mill-virus

Minn 2,612-il test fl-aħħar 24 siegħa jirriżultaw 52 każ ġdid

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.  Dawn ikomplu jiżdiedu mal-imwiet ta' anzjani fl-aħħar jiem biex issa t-total ta' persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa tela' għal 187. 

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.  Fit-tieni każ, anzjana ta’ 76 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta’ Diċembru, mietet lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.  Fit-tielet każ, anzjana ta’ 86 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ Ottubru, mietet dal-lejl fl-Isptar Mater Dei.  Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 84 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19, fis-16 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Dan filwaqt iżda li n-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 illum kienu pjuttost baxxi hekk kif irriżultaw 52 każ ġdid minn total ta' 2,612-il test li saru.  Fl-istess perjodu fiequ 101 persuna mill-istess virus. 

More in Kronaka