Attenti! Profil falz tal-President tar-Repubblika jiġbor il-flus

L-Uffiċċju tal-President jappella biex ħadd ma jgħaddi flus lil profil falz tal-President

Attenti!  Hekk kif fl-aħħar sigħat fuq Facebook inħoloq kont falz f’isem il-President ta’ Malta George Vella.

L-Uffiċċju tal-President fi stqarrija avża lill-pubbliku li ma huma qed jinġabru l-ebda flus permezz tal-paġna uffiċjali jew tal-profil tal-Kap tal-Istat fuq Facebook.

Bħalissa l-Uiċċju tal-Preisdent ikun għaddej ġmielu bil-preparazzjonijiet għall-Istrina, attività ta' ġbir ta' fondi għall-Malta Community Chest Fund u allura huwa aktar faċli li persuna taħseb li ttalba għall-flus hija waħda ġenwina. 

More in Kronaka