Ritratti | Inċident ikrah bejn tliet vetturi fl-inħawi tal-Qajjenza, f'Birżebbuġa

Tliet persuni ddaħħlu l-isptar

Ix-xena tal-inċident illejla  - Ritratt ta' Jason Monreal
Ix-xena tal-inċident illejla - Ritratt ta' Jason Monreal

Fil-Qajjenza, Birżerbbuġa, llejla seħħ inċident ikrah li kien jinvolvi tliet karozzi bi tliet persuni jweġġgħu u jiddaħħlu l-isptar.

Qarrej ta' dan is-sit bagħat numru ta' ritratti tax-xena fit-triq ta' mal-baħar fl-istess lokalità fejn seħħ dan l-inċident ikrah. Anke l-Pulizija bagħtu aktar ritratti.

Fuq il-post marru l-pulizija, membrui tal-Protezzjoni Ċivili u membri mit-Taqsima tat-Tifi tan-nar. 

L-investigazzjonijiet juru li kien hemm ħabta bejnNissan Qashqai misjuq minn raġel Sirjan ta’ 47 sena li joqgħod Birżebbuġa, Toyota Hilux misjuq minn raġel Malti ta’ 32 sena li joqgħod Ħal Tarxien u Fiat Punto misjuqa minn raġel, li għadu mhux magħruf.

Ix-xena tal-inċident illejla  - Ritratt ta' Jason Monreal
Ix-xena tal-inċident illejla - Ritratt ta' Jason Monreal

Mas-sewwieq tal-Fiat kien hemm passiġier.

B-impatt, ir-raġel Malti kif ukoll iż-żewġ irġiel tal-Fiat inqabdu fil-vetturi u għalhekk intalbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħalli jinħarġu. Huma ttieħdu l-isptar b’ambulanza u ġew iċċertifikati li ndarbu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka