Aktar qabdiet ta' droga mill-Pulizija fl-aħħar sigħat

Tnejn minn nies se jitressqu l-Qorti illum stess b'akkużi relatati ma' droga kannabis u eroina, fost oħrajn

Id-droga li nstabet mill-pulizija
Id-droga li nstabet mill-pulizija

Erba’ persuni – tlitt irġiel u mara – ta’ bejn l-20 u s-26 sena, kienu arrestati f’ħidma oħra mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Ilbieraħ f’xi l-11:00 a.m, il-pulizija daħlu f’residenza, Bormla. Hemmhekk arrestaw lil persuni u waqt tfittxija sabu sustanzi aktarx droga sintetika, ħaxixa tal-kannabis, eroina u oġġetti relatati mal-użu tad-droga.

Il-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Tnejn mill-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tas-2:00 p.m, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia b’akkużi relatati ma’ dan il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka