Raġel armat b'sikkina jidħol jisraq minn ħanut f'San Pawl il-Baħar

Ir-raġel seraq ammont ta' flus u anke għaxar pakketti sigaretti

Ħadd ma weġġa' waqt serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija f'ħanut f'San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija rċeviet rapport għall-ħabta tas-6:45pm u marret minnufih fi Triq il-Ħalel fejn jinsab il-ħanut.

Jidher li raġel liebes maskra u armat b'sikkina daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, żagħżugħa ta' 25 sena mill-Ungerija.

Apparti l-flus huwa seraq għaxar pakketti sigaretti, qabel ħarab.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka