Anzjan ieħor bil-Covid-19 imut aktar kmieni llum

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-8 ta’ Settembru.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ieħor, din id-darba ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-8 ta’ Settembru.

Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-17 ta’ Settembru, u miet aktar kmieni llum.

Din il-mewt tkompli max-xejra ta' mwiet fl-aħħar jiem illi matulhom diversi anzjani pożittiv għall-Covid-19 mietu.  Ilbieraħ biss kien hemm żewġ każi oħrajn. 

More in Kronaka