Raġel li kien se jittieħed il-ħabs jaħrab mill-karozza tal-pulizija

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija ...

 Illum, għall-ħabta tal-5:30 p.m raġel Sudaniż ħarab f'salt minn ġol-vettura tal-Pulizija li kienet se tieħdu fil-Ħabs ta' Kordin.

Il-Pulizija li kien qed jeskortah, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit jinsabu għaddejjin bit-tfittxija għal din il-persuna. 

(Aktar informazzjoni malli taslilna) 

More in Kronaka