Jaqbeż għall-gallarija biex jidħol id-dar u minflok jispiċċa l-Isptar

L-inċident seħħ dalgħodu f'Għajnsielem

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Mosta, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal ġrieħi gravi li sofra ġewwa residenza f’Għajnsielem.

Illum, għall-ħabta tal-4:45 a.m  il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza fi Triq Ħamri, Għajnsielem, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel qabeż minn madwar sular għoli sabiex jaċċessa l-gallarija tar-residenza u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.

More in Kronaka