Il-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu ħabbar li anzjan ta’ 72 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Dan b'hekk huwa l-10 vittma ta' dan il-virus fil-pajjiż.
L-anzjan kellu diġà kundizzjonijiet mediċi ulterjuri minbarra l-Covid.
Huwa ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Awwissu u beda jingħata kura fl-Isptar St. Thomas, u aktar tard ġie trasferit għall-Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.